L-informazzjoni fuq dan is-sit web hija relatata mal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024. Din se tiġi aġġornata għall-elezzjonijiet li jmiss li se jsiru fl-2029.

Elezzjonijiet Ewropej

6-9 ta’ Ġunju 2024

Semma’ leħnek dwar il-futur tal-Ewropa!

Il-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tgħin biex jitfassal il-futur tal-Ewropa u biex id-demokrazija tagħna tissaħħaħ aktar.
Il-Membri eletti tal-Parlament Ewropew jemendaw u jadottaw liġijiet li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-Ewropej kollha. Huma għandhom ukoll rwol essenzjali fl-iskrutinju tal-azzjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE u fil-ħatra ta’ dawk fil-karigi ewlenin tal-UE.
flimkien.eu għad-demokrazija

Issieħeb mal-komunità

Ħu sehem, involvi ruħek, kun attiv

Ikkuntattja lil Europe Direct

Għal kwalunkwe mistoqsija oħra dwar l-elezzjonijiet Ewropej ikkuntattja l-Unjoni Ewropea

Telefonata minn ġewwa l-UE 00 800 6 7 8 9 10 11 (telefon bla ħlas)

Telefonata minn barra l-UE 0032 2 299 96 96 (rata internazzjonali standard)